Ssibu jew lest li jgħin Helpful
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ISSIBU jew LEST LI JGĦIN għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GĦIN. Id waħda titwaqqaf bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ A bis-saba’ l-kbir iħares ’il fuq u titqiegħed fuq l-ewwel id li terfagħha ftit ’il fuq. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KULĦADD. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-werrej iħares dritt ’il fuq u l-id iddur tond mingħajr ma jersaq il-minkeb minn postu.
The sign for HELPFUL has two parts. (i) The first part is the sign for HELP. One hand is held stationary with palm facing upwards. The other hand takes the shape of A with the thumb pointing upwards. The second hand is placed over the palm of the first hand which lifts it up a little. (ii) Then the sign for EVERYONE is made. One hand takes the shape for 1 with the index finger pointing straight up. The hand turns round without displacing the elbow.